27.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 51/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-284/05) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju ta’ apparat militari”)
2010/C 51/02
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u P. Aalto, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: T. Pynnä, E. Bygglin, J. Heliskoski u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU L 155, p. 1) u, għall-perijodu ta’ wara l-31 ta’ Mejju 2000, tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169 — 180) — Importazzjoni b’eżenzjoni mid-dażju fuq materjal tal-gwerra u fuq oġġetti li għandhom użu doppju kemm militari kif ukoll ċivili.
Dispożittiv
(1)
Ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 26 KE, l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u, konsegwentement, it-tariffa doganali komuni billi eżentat mill-1998 sal-2002 l-importazzjoni ta’ apparat militari mid-dazji u naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/1989, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-8 ta’ Lulju 1996, kif ukoll mill-istess artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet billi rrifjutat li tikkalkola, li tikkonstata u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ir-riżorsi proprji relatati magħhom kif ukoll meta rrifjutat li tħallas l-interessi moratorji dovuti minħabba n-nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-imsemmija riżorsi proprji.
(2)
Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005
Full & Egal Universal Law Academy