26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Funanzgericht Münster — Il-Ġermanja) — Columbus Container Services BVBA & Co. vs Finanzamt Bielefeld-Innenstadt
(Kawża C-298/05) (1)
(Artikoli 43 u 56 KE - Taxxa fuq id-dħul u fuq il-patrimonju - Kundizzjonijiet ta' tassazzjoni tal-qligħ ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru ieħor - Konvenzjoni bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja - Metodi ta' l-eżenzjoni jew ta' l-imputazzjoni tat-taxxa)
(2008/C 22/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Funanzgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Columbus Container Services BVBA & Co
Konvenuta: Finanzamt Bielefeld-Innenstadt
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Münster — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 43, 56, 57 u 58 tat-Trattat KE — Libertà ta' stabbiliment u moviment liberu tal-kapital — Dħul minn kapital investit magħmul minn stabbiliment barra ta' persuna li hija taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tpaċija ta' taxxi miġbura fuq dan id-dħul barra mill-pajjiż mat-taxxa nazzjonali, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża mal-Belġju, li tipprovdi għall-użu tal-metodu ta' l-eżenzjoni mit-taxxa
Dispożittiv
L-Artikoli 43 KE u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprojbixxux leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha d-dħul ta' resident nazzjonali, li jirriżulta minn kapital investit fi stabbiliment li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor, mhuwiex, minkejja l-eżistenza ta' konvenzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża ma' l-Istat Membru tas-sede ta' dan l-istabbiliment fl-Istat Membru l-ieħor, eżentat mit-taxxa fuq id-dħul nazzjonali, iżda huwa suġġett għat-taxxa nazzjonali li magħha hija paċuta t-taxxa miġbura fl-Istat Membru l-ieħor.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy