8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Ottubru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja
(Kawża C-299/05) (1)
(Rikors għal annullament - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 4(2a) u (10a) - Anness IIA - Regolament (KE) Nru 647/2005 - Benefiċċji speċjali mhux kontributorji)
(2008/C 64/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.-J. Jonczy, D. Martin u V. Kreuschitz, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Ricci u A. Troupiotis, aġenti), Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Veiga, J. Leppo u G. Curmi, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: T. Pynnä, J. Heliskoski u E. Bygglin, aġenti), Ir-Renju ta' L-Iżvezja (rappreżentanti: A. Kruse u R. Sobocki, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. O'Neill u M. C. Vajda, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I (2) tar-Regolament (KE) Nru 647/2005, tat-13 ta' April 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għal ieħor ġewwa l-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fir-rigward tal-kategoriji W. Il-Finlandja, punt (b), X. l-Iżvezja, punt (ċ), u Y. Ir-Renju Unit, punti (d), (e), u (f). (ĠU L 117, p. 1) — Benefiċċji speċjali fi flus ta' natura mhux kontributorja.
Dispożittiv
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2 ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 647/2005, tat-13 ta' April 2005, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, taħt it-titoli “Il-Finlandja” (b), “L-Iżvezja” (ċ), u “Ir-Renju Unit” (d) sa (f) huma annullati.
2)
L-effetti ta' l-inklużjoni tal-benefiċċju għas-sussistenza għall-persuni b'diżabbiltà taħt it-titolu “Ir-Renju Unit” (d) ta' l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta' Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament Nru 647/2005, jinżammu biss fir-rigward tal-parti tal-“mobbiltà”, bil-għan li jittieħdu, fi żmien raġjonevoli, il-miżuri xierqa sabiex jassiguraw l-inklużjoni tagħha fl-imsemmi Anness.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'ishma ndaqs.
4)
Ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 243 ta' l-1.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy