12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hovrätten för Övre Norrland — L-Iżvezja) — Proċedura kriminali kontra Fredrik Granberg
(Kawża C-330/05) (1)
(Dazju tas-sisa - Żjut minerali - Mod ta' trasport atipiku)
(2008/C 8/05)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Hovrätten för Övre Norrland
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Fredrik Granberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni prleiminari — Hovrätten för Övre Norrland — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti — ĠU L 76, p. 1) — Importazzjoni minn individwi privati ta' żjut minerali li jkunu diġà ġew irrilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor — Mod ta' trasport atipiku
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992, ma tippermettix li jiġi ssuġġettat, b'mod ġenerali, għall-ħlas ta' dazju tas-sisa fl-Istat Membru kkonċernat ta' konsum, iż-żejt għat-tisħin akkwistat fi Stat Membru ieħor minn individwu privat għall-użu tiegħu, u ttrasportat minnu stess lejn l-imsemmi Stat Membru, ikun xi jkun il-mezz li dan l-individwu privat ikun uża għal dan it-trasport.
2)
It-trasport minn individwu privat ta' 3 000 litru żejt għat-tisħin fi tliet GRV mgħobbija fuq vann jikkostitwixxi “mod ta' trasport atipiku” skond l-Artikolu 9(3) tad-direttiva 92/12, kif emendata bid-direttiva 92/108.
3)
L-Artikolu 7(4) tad-direttiva 92/12, kif emendat bid-direttiva 92/108, ma jipprekludix lill-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ta' destinazzjoni li fiha d-dazju huwa impost, kif inhu permess taħt l-Artikolu 9(3) ta' din id-direttiva, li timponi fuq kull individwu privat li jakkwista personalment u għall-użu tiegħu żejt għat-tisħin fi Stat Membru ieħor fejn din il-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata għall-konsum, u jittrasporta hu stess l-imsemmija merkanzija lejn dan l-Istat Membru ta' destinazzjoni permezz ta' “mod ta' trasport atipiku” skond l-imsemmi Artikolu 9(3), li jikkostitwixxi garanzija sabiex jiggarantixxi l-ħlas ta' dazju tas-sisa u li jkollu dokument mehmuż kif ukoll dokument li jiċċertifika l-kostituzzjoni ta' din il-garanzija.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy