30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-371/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/50/KEE - Artikoli 11 u 15(2) - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Għoti tas- servizzi ta' l-informatika tal-komun ta' Mantova (l-Italja) - Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offerti)
(2008/C 223/03)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, C. Zadra, L. Visaggio u C. Cattabriga, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I.M. Braguglia, aġent u G. Fiengo, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11 u 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti tas-servizzi ta' l-informatika tal-Komun ta' Mantova — Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal offertià
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 10, 14.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy