26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-404/05) (1)
(Regolament (KEE) Nru 2092/91 - Produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli - Entitajiet privati li jispezzjonaw - Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fl-Istat Membru fejn jingħata s-servizz - Ġustifikazzjonijiet - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika - Artikolu 55 KE - Protezzjoni tal-konsumaturi)
(2008/C 22/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: E. Traversa u G. Braun, aġenti]
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Rekwiżit ta' stabbiliment jew ta' infrastruttura permanenti fil-Ġermanja għall-entitajiet li jispezzjonaw fil-qasam tal-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli, li huma approvati fi Stat Membru ieħor.
Dispożittiv
1)
Billi tirrikjedi mill-entitajiet privati li jispezzjonaw prodotti ġejjin mill-biedja organika approvati fi Stat Membru ieħor li jkollhom stabbiliment fit-territorju Ġermaniż sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta' spezzjoni hemmhekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 49 KE.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hi ordnata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 10 ta' l-14.1.2006.
Full & Egal Universal Law Academy