9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Marzu 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Brussell (Il-Belġju)) — Proċeduri kriminali vs Ioannis Doulamis
(Kawża C-446/05) (1)
(Artikolu 81 KE, moqri flimkien ma' l-Artikolu 10 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar fil-qasam tas-servizzi tal-kura tas-snien)
(2008/C 116/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Brussell, il-Belgju
Partijiet fil-kawża prinċipali
Ioannis Doulamis
Fil-preżenza ta': Union des Dentistes et Stomatologistes de Belgique (UPR)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 81, tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 10 u ta' l-Artikolu 3(1)(g) tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi kull reklamar fil-qasam tal-kura tas-snien
Dispożittiv
L-Artikolu 81 KE, moqri flimkien ma' l-Artikolu 3(1)(g) KE u mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10 KE, ma jipprojbixxux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-liġi tal-15 ta' April 1958, dwar ir-reklamar fil-qasam tal-kura dentali, li tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna u lill-prestatarji ta' kura dentali, fl-ambitu ta' l-eżerċizzju ta' professjoni libera jew ta' klinika dentali, milli jagħmlu reklam fil-qasam tal-kura dentali.
(1) ĠU C 48, 25.2.2006.
Full & Egal Universal Law Academy