15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-462/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Res judicata - Sitt Direttiva tal-VAT - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(5), Artikoli 12(3)(a) u 28(2)(e))
(2008/C 209/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: Â. Seiça Neves u R. Laires, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 12 u 28 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Żamma fis-seħħ ta' rata mnaqqsa ta' 5 % għall-pedaġġi li jirrigwardaw il-qsim bit-triq tat-Tage f'Lisbona
Dispożittiv
1)
Billi żammet fis-seħħ rata mnaqqsa ta' 5 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għall-pedaġġi relatati mal-qsim bit-triq tat-Tage f'Lisbona, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12 u 28 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata bid-Direttiva 2001/41/KE tal-Kunsill, tad-19 ta' Jannar 2001.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006.
Full & Egal Universal Law Academy