23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/28
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 2007 — Fred Olsen S.A. vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-320/05 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Kabotaġġ marittimu - Għajnuna eżistenti - Għajnuna ġdida - Għajnuna li tista' tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni - Servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali - Appell li huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
(2008/C 51/46)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fred Olsen S.A. [rappreżentant: R. Marín Correa, abogado]
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u R. Vidal Puig, aġenti], Ir-Renju ta' Spanja [rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent]
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (it-Tieni Awla estiża) tal-15 ta' Ġunju 2005, Fred Olsen, S.A. vs Il-Kummissjoni (T-17/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta' Lulju 2001, dwar il-fajl Għajnuna mill-Istat NN48/2001 — Spanja — Għajnuna lill-kumpannija marittima Transmediterránea (ĠU C 96, 2002, p. 4)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Fred Olsen SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 271, 29.10.2005.
Full & Egal Universal Law Academy