Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Novembru 2007 – Meister vs L-UASI
(Kawża C-12/05 P-REV)
“Proċedura – Talba għal reviżjoni – Talba fir-rigward ta’ digriet mogħti skond l-Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura – Kundizzjonijiet – Appell – Fatt ġdid – Inammissibbiltà”
Proċedura – Reviżjoni ta’ sentenza – Kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tat-talba – Fatt ġdid – Kunċett – Fatt magħruf qabel ma tingħata s-sentenza – Esklużjoni – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44) (ara l-punti 15-18)
Suġġett
Rikors għal reviżjoni li għandu bħala suġġett id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 fil-Kawża C-12/05 P.
Dispożittiv
1)
It-talba għal reviżjoni mressqa minn H. Meister hija miċħuda bħala inammissibbli.
2)
H. Meister u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy