Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Iżvezja
(Kawża C‑186/05)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Monopolju nazzjonali ta’ bejgħ bl-imnut tax-xorb alkoħoliku – Projbizzjoni ta’ importazzjoni minn individwi”
1. Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi (Artikoli 28 KE u 30 KE) (ara l-punt 26 u d-dispożittiv)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 28 u 30 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar monopolju nazzjonali ta’ bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku li tipprojbixxi l-importazzjoni diretta ta’ dan ix-xorb minn individwi.
Dispożittiv
Billi pprojbixxa l-importazzjoni ta’ xorb alkoħoliku minn persuni privati, li jaġixxu permezz ta’ intermedjarji indipendenti jew permezz ta’ trasportaturi professjonali magħżula minnhom, ir-Renju ta’ l-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE, mingħajr ma din il-projbizzjoni tista’ titqies li hija ġġustifikata skond l-Artikolu 30 KE.
Ir-Renju ta’ l-Iżvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy