Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C‑280/05)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mogħtija mill-Istat – Inkompatibbiltà mas-suq komuni – Obbligu ta’ rkupru – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat – Motivi ta’ difiża (Artikoli 10 KE u 88(2) KE) (ara l-punti 19-20, 25)
2. Għajnuna mill-Istat – Irkupru ta’ għajnuna illegali (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 28)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta’ għajnuniet implementata mill-Italja li tieħu miżuri urġenti favur l-impjieg f’impriżi f’diffikultà, li huma s-suġġett ta’ proċedura ta’ insolvenza u li jimpjegaw aktar minn elf persuna (Għajnuna Nru CR 62/2003, ex NN 7/2003 – Italja) (ĠU L 352, p. 10) – Nuqqas li jittieħdu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jinġabru lura għajnuniet li ġew iddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni.
Dispożittiv
Billi li ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji sabiex tiġbor lura mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, dwar is-sistema ta’ għajnuniet mill-Istat implementata mill-Italja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta’ l-impjiegi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy