Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) ta’ l-4 ta' Ottubru 2007 – Naipes Heraclio Fournier vs L-UASI
(Kawża C‑311/05 P)
“Appell – Regolament (KE) Nru 40/94 – Trade mark komunitarja – Trade marks figurattivi li jikkonsistu fir-rappreżentazzjoni ta’ ‘xabla’, ta’ ‘kavallier b’ħatar’ u ta’ ‘re b’xabla’ fuq logħba tal-karti – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark”
Trade mark Komunitarja – Proċeduri ta’ appell – Rikors quddiem il-qorti Komunitarja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94) (ara l-punti 39, 42-43)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Mejju 2005, Naipes Heraclio Fournier vs L-UASI (intervenjenti: France Cartes SAS) (kawżi magħquda T-160/02 sa T-162/02), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors kontra tliet deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-28 ta’ Frar 2002, li laqgħu t-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentati mill-kumpannija France Cartes SAS kontra tliet trade marks figurattivi proprjetà tar-rikorrenti.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Naipes Heraclio Fournier SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy