Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C 361/05)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Immaniġġjar ta’ skart – Direttivi 75/442/KEE u 1999/31/KE – Miżbliet illegali u mhux ikkontrollati – Miżbliet ta’ Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojób”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l- punt 22)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 4, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 194 p. 39), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU L 78 p. 32) u ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182 p. 1) – Miżbliet ta’ Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón, li jinsabu f’La Mojonera.
Dispożittiv
1)
Billi ma ħax, fit-terminu preskritt, il-miżuri neċessarji sabiex jiżgura l-applikazzjoni, fil-konfront tal-miżbliet ta’ Níjar, Hoyo de Miguel u Cueva del Mojón (provinċja ta’ Almerija) ta’ l-Artikoli 4, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 u ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu minn dawn id-dispożizzjonijiet.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy