Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ta’ l-24 ta’ Mejju 2007 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-394/05)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/53/KE – Vetturi li m’għadhomx jintużaw – Artikoli 3(5), 5(1), 7(2) kif ukoll 8(3) u (4) – Traspożizzjoni mhux konformi”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami dwar il-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 25)
Suġġett tal-kawża
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikoli 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 10 u 12 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/53/KE, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, p. 34).
Dispożittiv
1)
Billi adottat id-Digriet leġiżlattiv Nru 209, ta’ l-24 ta’ Ġunju 2003, li jittrasponi fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/53/KE, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, b’mod mhux konformi ma din ta’ l-aħħar, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(5), 5(1), 8(3) u 8(4) u t-tieni frażi ta’ l-Artikolu 7(2)(a) ta’ din id-Direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy