Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 –
Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑399/05)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 93/38/KEE – Kuntratti pubbliċi fl-oqsma ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni – Bini u tħaddim ta’ impjant ta’ enerġija termika – Kundizzjonijiet għal ammissjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti”
1. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fl-oqsma ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni – Direttiva 93/38/KEE (Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE) (Ara l-punt 22)
2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fl-oqsma ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni – Direttiva 93/38/KEE (Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE) (Ara l-punti 28, 35, u 45)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekommunikazzjoni (ĠU L 199, p.84) – Ammissjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti ta’ żewġ kumpanniji li la jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-avviż u lanqas il-kundizzjonijiet tekniċi fid-dokument tas-sejħa għal offerti – Bini u tħaddim ta’ impjant ta’ enerġija termika fil-Lavrio.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy