Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 – Il-Polonja vs Il-Parlament u l-Kunsill
(Kawża C-460/05)
“Direttiva 2005/36/KE – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali – Qwiebel – Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-kwalifiki Pollakki – Validità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Introduzzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni”
Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE; Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (Ara l-punti 18-21)
Suġġett
L-annullament ta’ l-Artikoli 33(2) u 43(3) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255 p.22) – Sistema speċjali ta’ rikonoxximent tad-drittijiet miksuba minn infermiera responsabbli għall-kura ġenerali kif ukoll minn qwiebel li għandhom kwalifika Pollakka.
Dispożittiv
1)
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2)
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
3)
3) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy