Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2007 – Wilfer vs L-UASI
(Kawża C‑301/05 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Sinjal verbali ‘ROCKBASS’ – Reġistrazzjoni miċħuda – M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Trade mark Komunitarja - Proċeduri ta’ appell - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punt 20 u d-dispożittiv)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2005, Wilfer vs L-UASI (T-315/03) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “ROCKBASS” – Karattru deskrittiv tat-trade mark.
Dispożittiv
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell ippreżentat minn H.-P. Wilfer.
H.-P. Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.
Full & Egal Universal Law Academy