Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Olsen vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑320/05 P)
“Appell — Għajnuna mill-Istat — Trasport marittimu — Kabotaġġ marittimu — Għajnuna eżistenti — Għajnuna ġdida — Għajnuna li tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Appell in parti inammissibbli u in parti manifestament infondat”
1. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ prova - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturazzjoni (Artikolu 225(1) KE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 58 (ara l-punti 47, 69-70)
2. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Inammissibbiltà - Kontestazzjoni ta’ l-interpretazzjoni jew ta’ l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza - Ammissibbiltà (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 58 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 48-50)
3. Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tordna miżuri istruttorji - Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 66(1) (ara l-punti 63-64)
4. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti - Ammissibbiltà (ara l-punt 111)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tal-15 ta’ Ġunju 2005, Olsen vs Il-Kummissjoni (T-17/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2001, dwar il-faxxikolu Għajnuna mill-Istat NN48/2001 - Spanja - Għajnuna lill-kumpannija marittima Transmediterránea (ĠU 2002, C 96, p. 4).
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Fred Olsen SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy