Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2007 – Ricosmos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C 420/05 P)
“Appell – Kodiċi doganali – Operazzjoni ta’ tranżitu Komunitarju estern – Remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Kundizzjonijiet – Osservanza tat-termini – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Kunċett ta’ negliġenza manifesta – Appell f’parti manifestament inammissibbli u f’parti manifestament infondat”
1. Appell – Motivi – Motiv mhux sostnut minn argument ġuridiku – Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, Sub. 1; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1(c) (ara l-punti 64, 70, 116, 120, 161, 165-166)
2. Appell – Motivi – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni ta’ l-interpretazzjoni jew ta’ l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju mwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza – Ammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, Sub. 1; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 71-72, 80-81, 90, 102, 112, 168)
3. Appell – Motivi – Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest ta’ l-appell – Inammissibbiltà (ara l-punt 74)
4. Appell – Preżentata ta’ argumenti ġodda matul l-istanza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42(2) u 118) (ara l-punti 76, 137)
5. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2454/93, Artikoli 905 u 906a) (ara l-punti 84-86)
6. Appell – Motivi – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-elementi ta’ fatt u ta’ prova – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturazzjoni (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, Sub. 1) (ara l-punti 95-96, 105, 115, 119, 131, 142, 148, 158, 171)
7. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej – Rimbors jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239(1) (ara l-punti 113-114, 118, 121-122, 134-136, 138, 143-144)
8. Appell – Motivi – Motiv indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-ispejjeż – Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58, Sub. 2) (ara l-punt 174)
Suġġett
Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Settembru 2005, Ricosmos BV vs Il-Kummissjoni (T-53/02), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (REM 09/00), tas-16 ta’ Novembru 2001, li tindika lill-awtoritajiet Olandiżi li m’għandhiex tingħata remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni fir-rigward ta’ kunsinna ta’ sigaretti ddestinata għar-Repubblika Ċeka, peress li frodi magħmula minn terzi persuni fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ tranżitu Komunitarju estern ma tikkostitwixxix sitwazzjoni partikolari li tiġġustifika r-remissjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ricosmos BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy