11.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 260/19
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (seduta plenarja) tal-24 ta' Ġunju 2008 — Andres vs BĊE
(Kawża F-15/05) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal tal-BĊE - Metodu ta' kalkolu tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet - Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti Komunitarja - Retroattività)
(2008/C 260/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carlos Andres et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) [rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Zilioli u K. Sugar, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukati)
Suġġett
Minn naħa waħda, l-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti tax-xahar ta' Lulju 2004, safejn dawn jinkludu żieda fis-salarju stabbilita billi ġie applikat metodu ta' adattament annwali tas-salarji allegatament illegali u din iż-żieda mhijiex applikata retroattivament għas-snin 2001, 2002 u 2003 kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 132, 28.5.2005, p. 32 (kawża oriġinarjament irreġistrata fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-131/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).
Full & Egal Universal Law Academy