27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2011 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/05 REV)
(Servizz pubbliku - Talba għal reviżjoni ta’ sentenza - Fatt ġdid - Assenza - Inammissibbiltà tat-talba)
2011/C 252/98
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José António de Brito Sequeira Carvalho (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Kanyonga Mulumba u M. Boury, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)
Suġġett
Appell għal reviżjoni ppreżentat mir-rikorrent kontra s-sentenza mogħtija mit-Tielet Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-13 ta’ Diċembru 2006, fil-Kawża F-17/05.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
J. António de Brito Sequeira Carvalho għandu jbati l-ispejjeż kollha kemm huma.
Full & Egal Universal Law Academy