12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/21
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Strobl vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-56/05) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati inklużi f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età)
2012/C 138/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Peter Strobl (Greifenberg-Beuern, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u H. Krämer, aġenti, sussegwentement J. Currall, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrent, inkluż f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, skont dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 229, 17.09.2005, p. 28 (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-260/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz ta’ digriet tal-15.12.2005)
Full & Egal Universal Law Academy