26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/52
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/05) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2003 - Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)
(2008/C 22/97)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u H. Tserepa-Lacombe, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Min-naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall- proċedura ta' evalwazzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 229, 17.9.2005, p.32 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew taħt in-numru T-282/05 u trasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15/12/2005).
Full & Egal Universal Law Academy