12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/30
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 — Michail vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/05) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2003 - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
(2008/C 8/52)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn E. Bourtzalas, avukat)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa rikors għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-eżerċizzju ta' evalwazzjoni mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2003 kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
1)
Ir-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tas-Sur Michail adottat għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2003 huwa annullat.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 229, 17.9.2005, p.33 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-284/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).
Full & Egal Universal Law Academy