27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Michail vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/05 RENV)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ Evalwazzjoni għas-sena 2003 - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
2011/C 252/99
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalement J. Currall u K. Herrmann, aġenti, sussegwentement J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u I. Antypas, avukati)
Suġġett
Minn naħa, rikors għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru 2003, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li qabel kienet T-284/05) — Kawża T-49/08 P rinvjata wara appell.
Dispożittiv
(1)
Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta’ C. Michail redatt għall-perijodu mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Diċembru 2003 huwa annullat.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil C. Michail kumpens ta’ EUR 1 000.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy