12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/22
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Mische vs Il-Parlament
(Kawża F-93/05) (1)
(Servizz pubbliku - Ħatra - Reklutaġġ u trasferiment simultanju għal istituzzjoni oħra - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Ammissibbiltà tar-rikors - Interess li jiġi ppreżentat rikors - Dewmien)
2012/C 138/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, avukati, sussegwentement R. Holland, B. Maluch u J. Mische, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u L. G. Knudsen, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad A*6 wara kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, skont dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal) kif ukoll min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 315, 10.12.2005, p. 15. (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-365/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku permezz ta’ digriet tal-15.12.2005)
Full & Egal Universal Law Academy