26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/52
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — N vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-95/05) (1)
(Servizz pubbliku - Aġenti temporanji - Reklutaġġ - Pożiżżjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni - Pajjiżi terzi - Opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku)
(2008/C 22/98)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: N (Brussell) (rappreżentanti: l-ewwel K.H. Hagenaar, avocat, wara J. van Drooghenbroeck u T. Demaseure, avocats, fl-aħħar I. Kletzlen, avocate)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreklutax lir-rikorrenti bħala aġent temporanju fil-pożizzjoni ta' Kap ta' Amministrazzjoni fil-Ginea Conakry wara l-opinjoni kuntrarja tas-servizz mediku u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Id-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat K “Servizzi Esterni” tad-Direttorat Ġenerali “Relazzjonijiet Esterni” tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-15 ta' April 2005, li tinforma lir-rikorrenit li mhux ser tiġi reklutata bħala Kap ta' Amministrazzjoni tad-delegazzjoni li tinsab f'Ginea hija annullata.
2)
Għall-kumplament ir-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 10 ta' 14.1.2006, p. 22 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej taħt in-numru T-377/05 u ttrasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).
Full & Egal Universal Law Academy