18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/59
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Kay vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/05) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Uffiċjali li jaċċedu għal grupp ta’ funzjoni superjuri permezz ta’ kompetizzjoni ġenerali - Kandidati mniżżla f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad b’applikazzjoni ta’ regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 2, Artikolu 5(2) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)
2010/C 346/118
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roderick Neil Kay (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika fil-grad tar-rikorrent, imniżżel fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni esterna qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta’ dawn
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ R.N. Kay huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 48, 25/02/2006, p. 36. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-Numru T-421/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b’digriet tal-15.12.2005).
Full & Egal Universal Law Academy