26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/53
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Soares vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-130/05) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikostituzzjoni tal-karriera - Nuqqas ta' rapport ta' evalwazzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Talba skond l-Artikolu 90 (1) ta' l-Istatut - Ammissibbiltà tar-rikors - Fatt ġdid u sostantiv)
(2008/C 22/99)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Alberto Soares (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Cooen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tad-19 ta' Settembru 2005 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent intiż għal reviżjoni favorevoli tal-karriera tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors għandu jiġi miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 60, 11.3.2006, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy