30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/77
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2009 — Chassagne vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-11/05) (1)
(Servizz pubbliku - Rinviju lill-Qorti tal-Prim’Istanza wara annullament - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2010/C 24/145
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Olivier Chassagne (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: T. Bontinck, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn F. Longfils, avukat, u sussegwentement J. Currall u G. Berscheid, aġent, assistiti minn J.-L. Fagnart, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li matul il-perijodu tranżitorju tapplika, fir-rigward tar-rikorrent, li huwa minn terrritorju extra-Ewropew ta’ Franza, il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004, dwar il-modalitajiet ta’ rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar applikabbli għall-uffiċjali li l-post ta’ impjieg u l-post ta’ oriġini tagħhom jinsabu fl-Ewropa u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni — Kawża T-253/06 P irrinvjata wara appell.
Dispożittiv
(1)
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-Kawża F-11/05 RENV, Chassange vs Il-Kummissjoni, li ġiet imħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent sa meta ngħatat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Settembru 2008. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti wara li ngħatat din is-sentenza.
(1) ĠU C 115, 14.05.2005, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy