23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/41
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2008 — Hoya vs L-UASI — Indo (AMPLITUDE)
(Kawża T-9/05) (1)
(“Trademark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark verbali Komunitarja ‘AMPLITUDE’ - Trademark figurattiva nazzjonali preċedenti ‘AMPLY’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 KE’)
(2008/C 51/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hoya Kabishiki Kaisha (Tokyo, Il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Nordemann, C.-R. Haarmann, F. Schwab u M. Nentwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Indo Internacional, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: M. Currel Aguilà, avukat)
Suġġett tal-kawża
Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Novembru 2004 (Każ R 433/2004-1) li tirrigwarda proċedura ta' oppożizzjoni bejn Indo Internacional, SA u Hoya Kabishiki Kaisha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hoya Kabishiki Kaisha hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy