3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Chalkor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f’diversi forom - Multi - Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju - Portata ġeografika tas-suq ikkonċernat - Tul tal-ksur - Kooperazzjoni”)
2010/C 179/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chalkor AE Epexergasias Metallon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, A. Schulz u A. Komninos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing).
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Chalkor AE Epexergasias Metallon fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) huwa ffissat bħala EUR 8.2467 miljun.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Chalkor Epexergasias Metallon u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 82, 02.04.2005.
Full & Egal Universal Law Academy