18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Alliance One International et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/05) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Trattament ugwali)
2010/C 346/75
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alliance One International, Inc., li qabel kienet Standard Commercial Corp. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti); Standard Commercial Tobacco Co., Inc. (Wilson, North Carolina, l-Istati Uniti); u Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Odriozola Alén, M. Marañon Hermoso u A. Emch, sussegwentement minn M. Odriozola Alén, M. Barrantes Diaz u A. João Vide, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE], (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), hija annullata sa fejn tirrigwarda lil Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Co., Inc. u Trans-Continental Leaf Tobacco huma kkundannati għal żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u din tal-aħħar hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż tar-rikorrenti.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy