23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Deltafina vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/05) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Qbil bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata - Drittijiet tad-difiża - Definizzjoni tas-suq inkwistjoni - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej - Kooperazzjoni)
2010/C 288/53
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Deltafina SpA (Orvieto, l-Italja) (rappreżentanti: R. Jacchia, A. Terranova, I. Picciano, F. Ferraro, J.-F. Bellis, u F. Di Gianni, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Deltafina SpA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2004) 4030 finali tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffissat għal EUR 6 120 000.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(3)
Deltafina għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Kummissjoni tbati kwart mill-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Deltafina.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy