19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Cetarsa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-33/05) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ proporzionalità - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni)
2011/C 89/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Compañía española de tabaco en rama, SA (Cetarsa) (Navalmoral de la Mata, Spanja) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Buendía Sierra u A. Givaja Sanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), fit-tieni lok u sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni u, fit-tielet lok, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-imsemmi ammont.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Compañía española de tabaco en rama, SA (Cetarsa) fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffissat għal EUR 3 147 300.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.
(4)
Cetarsa għandha tbati tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u tmien partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar għandha tbati żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż tagħha u żewġ partijiet minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn Cetarsa.
(1) ĠU C 82, 02.04.2005.
Full & Egal Universal Law Academy