16.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 120/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2011 — World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-37/05) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Effett dissważiv - Trattament ugwali - Ċirkustanzi attenwanti - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni)
2011/C 120/27
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: World Wide Tobacco España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Odriozola Alén, M. Marañon Hermoso u A. Emch, sussegwentement M. Odriozola Alén, M. Barrantes Diaz u A. João Vide, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuq ir-rikorrenti, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa impost fuq World Wide Tobacco España, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2) — Tabakk mhux maħdum — Spanja) huwa ffissat għal EUR 1 579 500.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
World Wide Tobacco España għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjez tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewroepa, fejn din tal-aħħar għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż sostunti minn World Wide Tobacco España.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy