26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2011 — Agroexpansión vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-38/05) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Effett dissważiv - Trattament ugwali - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2011/C 347/37
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Agroexpansión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u P. Vidal Martínez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u J. Bourke, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) (KE) (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja), huwa ffisat għal EUR 2 430 000.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Agroexpansión għandha tbati disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tagħha u disa’ partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, u din tal-aħħar għandha tbati parti minn għaxra mill-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra mill-ispejjeż tar-rikorrenti.
(1) ĠU C 82, 02.04.2005.
Full & Egal Universal Law Academy