8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni vs Environmental Management Consultants
(Kawża T-46/05) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Rimborż ta' somom imħallsa - Imgħaxijiet għal ħlas tardiv - Proċedura in absentia’)
(2008/C 64/54)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Environmental Management Consultants (Nikosija, Ċipru)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb ir-rimborż ta' l-ammont ta' EUR 31 965,28 li hija ħallset fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-kuntratt IC18-CT98-0273, bl-imgħaxijiet legali.
Dispożittiv
1)
Environmental Management Consultants Ltd hija kkundannata tirrimborża lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta' EUR 31 965,28, bl-imgħaxijiet:
—
b'rata ta' 9,26 % fis-sena mill-1 sal-31 ta' Awwissu 2001;
—
b'rata ta' 8,62 % fis-sena mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru 2001;
—
b'rata ta' 10,57 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2002;
—
b'rata ta' 10,47 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2002;
—
b'rata ta' 9,97 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2003;
—
b'rata ta' 9,22 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2003;
—
b'rata ta' 9,14 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2004;
—
b'rata ta' 9,13 % fis-sena mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2004;
—
b'rata ta' 9,21 % fis-sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2005;
—
b'rata legali, ikkalkulata skond l-Artikolu 288 tal-Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili Ġermaniż), mingħajr ma' din ir-rata tista' taqbeż 9,21 %, mill-1 ta' Frar 2005 sal-ħlas kollu tad-dejn.
2)
Environmental Management Consultants hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 108, 6.5.2006.
Full & Egal Universal Law Academy