8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 2008 — Angé Serrano et vs Il-Parlament
(Kawża T-47/05) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Suċċess f'kompetizzjonijiet interni għal promozzjoni fil-kategorija taħt is-sistema tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fi grad - Modifika tar-rapporti ġerarkiċi maħluqa taħt ir-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni ta' illegalità - Drittijiet kweżiti - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta' premura’)
(2008/C 285/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pilar Angé Serrano (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu); Jean-Marie Bras (il-Lussemburgu); Dominiek Decoutere (Wolwelange, il-Lussemburgu); Armin Hau (il-Lussemburgu); Adolfo Orcajo Teresa (Brussell, il-Belgju); u Francisco Javier Solana Ramos (Brussell) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment L. Knudsen, A. Bencomo Weber u K. Zejdova, u wara minn L. Knudsen u K. Zejdova, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Sims u I. Sulce, u wara minn I. Sulce u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali dwar il-klassifikazzjoni f'grad intermedjarju tar-rikorrenti mill-1 ta' Mejju 2004 u kkomunikati lilhom, permezz ta' ittra tad-Direttur Ġenerali tal-persunal tal-Parlament Ewropew, matul l-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Mejju 2004, kif ukoll ta' kull att konsegwenti u/jew relattiv għal dawn id-deċiżjonijiet anki jekk adottat wara r-rikors preżenti, u talba għall-kundanna tal-Parlament għall-ħlas ta' danni.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward ta' Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras u Adolfo Orcajo Teresa f'dak li jikkonċerna l-ewwel kap tat-talbiet.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras u Adolfo Orcajo Teresa.
4)
Dominiek Decoutere, Armin Hau et Francisco Javier Solana Ramos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
5)
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 93, 16.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy