15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/44
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-48/05) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizz pubbliku - Investigazzjonijiet ta' l-OLAF - Każ “Eurostat’ - Għoti ta' informazzjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali relattiva għal fatti li jistgħu jagħtu lok għal proċeduri penali - Nuqqas li jiġu informati minn qabel l-uffiċċjali kkonċernati u l-kumitat ta' sorveljanza ta' l-OLAF - Kxif ta' informazzjoni lill-istampa - Kxif mill-Olaf u mill-Kummissjoni - Ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza - Dannu morali - Konnessjoni ta' kawżalità)
(2008/C 209/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Yves Franchet (Nizza, Franza) u Daniel Byk (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J.-F. Pasquier, agent)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba żablji allegatament magħmulin mill-Kummissjoni u l-OLAF fil-kuntest ta' l-investigazzjonijiet relattivi għall-każ “Eurostat”.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni hija kkundannat tħallas li lYves Franchet u Daniel Byk is-somma ta' EUR 56 000.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 93, 16.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy