22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-50/05) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi kompjuterizzati dwar sistemi telematiċi ta’ sorveljanza ta’ movimenti ta’ prodotti soġġetti għas-sisa - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Konsorzju offerent - Ammissibbiltà - Prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza - Kriterji għal għoti - Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
2010/C 134/47
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment L. Parpala u K. Kańska, sussegwentement L. Parpala u E. Manhaeve, u finalment L. Parpala, E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-18 ta’ Novembru 2004, li ma tilqax l-offerta ppreżentata mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u kumpannija oħra fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjoni, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u s-sostenn ta’ sistemi telematiċi ta’ sorveljanza tal-movimenti ta’ prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa fil-Komunità Ewropea skont l-iskema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy