26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/40
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 — Sack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-66/05) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rikors għal annullament - Allowance għal kariga - Kariga ta' ‘kap ta' diviżjoni’ - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Sistema lingwistika’)
(2008/C 22/73)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jörn Sack (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lehmann-Brauns u D. Mahlo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba ta' annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta' kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta' dan il-ħlas u talba ta' annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent, innotifikata lilu fis-26 ta' Novembru 2004.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors hu miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy