17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Marzu 2010 — Evropaïki Dynamiki vs EMSA
(Kawża T-70/05) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti tal-EMSA - Provvista ta’ servizzi tal-informatika - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Nonkonformità ta’ offerta - Trattament ugwali - Osservanza tal-kriterji għall-għoti, stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew fl-avviż ta’ kuntratt - Iffissar ta’ sottokriterji għall-kriterji għall-għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 100/53
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (rappreżentanti: W. de Ruiter u J. Menze, aġenti, assisstiti minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-EMSA li ma jaċċettawx l-offerti tar-rikorrenti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti EMSA C-1/01/04, dwar il-kuntratt intitolat “Validazzjoni ta’ SafeSeaNet u żviluppi futuri”, u EMSA C-2/06/04, dwar il-kuntratt intitolat “Speċifikazzjoni u żvilupp ta’ bażi ta’ data, ta’ netwerk u ta’ sistema amministrattiva dwar l-inċidenti marittimi”, u li tagħti l-imsemmija kuntratti lil offerenti oħrajn
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti “EMSA C-2/06/04” hija annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy