12.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 8/12
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 — P vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-103/05) (1)
(Uffiċjali - Remunerazzjoni - Nuqqas irregolari - Telf tal-benefiċċju tar-remunerazzjoni - Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertifikat mediku)
(2008/C 8/22)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: P (Barċellona, L-Ispanja) (rappreżentant: M. Griful i Ponsati, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel J. Currall u L. Lozano Palacios, imbagħad J. Currall u I. Martínez del Peral, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għal annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2004 li tiddikjara n-nuqqas tar-rikorrenti bħala irregolari sa mis-16 ta' Marzu 2004 u li waqfet ir-remunerazzjoni tiegħu mill-15 ta' April 2004 sa meta beda s-servizz tiegħu mad-Direttorat Ġenerali “Stampa u komunikazzjoni” fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 132, 28.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy