9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-24 ta’ Mejju 2011 — NLG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/05 u T-444/05) (1)
(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-elementi ta’ spejjeż li jirriżultaw minn obbligi ta’ servizz pubbliku dwar għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz - Sigriet professjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru)
2011/C 204/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Navigazione Libera del Golfo Srl (NLG), li kienet Navigazione Libera del Golfo SpA (Napli, l-Italja) (rappreżentanti: S. Ravenna u A. Abate, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappresentanti P. Costa de Oliveira u V. Di Bucci, aġenti)
Intervenjenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment I. Braguglia, aġent, u M. Fiorilli, avvocato dello Stato, sussegwentement M. Fiorilli u R. Adam I, aġent, u fl-aħħar nett I. Bruni, avvocato della Stato) (Kawża T-444/05); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti (Kawża T-444/05); Caremar SpA (Napoli) (rappreżentanti: inizjalment G. M. Roberti, A. Franchi u G. Bellitti, sussegwentement G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati) (Kawża T-109/05 u T-444/05)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni D(2005) 997, tat-3 ta’ Frar 2005, u D(2005) 9766, tat-12 ta’ Ottubru 2005, li rrifjutaw l-aċċess lir-rikorrenti għal ċerta data li ma hijiex riprodotta fil-verżjoni ppubblikata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta’ Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat mħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU 2005, L 53, p. 29).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 997, tat-3 ta’ Frar 2005, hija annullata sa fejn tirrigwarda r-rifjut ta’ aċċess għall-elementi dettaljati ta’ spejjeż addizzjonali sostnuti kull sena minn Caremar SpA relatati mas-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri pprovduta fuq il-linja Napoli-Beverello/Capri kemm permezz ta’ vapuri kif ukoll permezz ta’ mezzi veloċi.
(2)
Il-kumplament tar-rikors fil-Kawża T-109/05 huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Navigazione Libera del Golfo Srl (NLG), din tal-aħħar għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-109/05.
(4)
Caremar għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-109/05.
(5)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 9766, tat-12 ta’ Ottubru 2005, hija annullata.
(6)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T-444/05.
(7)
Ir-Repubblika Taljana, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Caremar għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy