18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Marzu 2009 – Borax Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-121/05) (1)
(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss - Rifjut li jingħata aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-persuna - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien tal-proċess deċiżjonali”)
2009/C 90/35
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Borax Europe Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vandermeersch u K. Nordlander, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u I. Chatzigiannis, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2005 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 1967, 196, p. 1).
Dispożittiv
1)
Id–Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2005 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta’ ħoss fil-kuntest tal-adattament għall-progress tekniku għat-tletin darba, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 143, 11.6.2005.
Full & Egal Universal Law Academy