4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2009 — NVV et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-151/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Swieq tax-xiri ta’ ħnieżer u ta’ majjali nisa ħajjin iddestinati għall-qatla - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Definizzjoni tas-suq ġeografiku inkwistjoni - Obbligu ta’ diliġenza - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2009/C 153/63
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Nederlandse Vakbond Varkenshouders (NVV) (Lunteren, l-Olanda); Marius Schep (Lopik, l-Olanda); u Nederlandse Bond van Handelaren in Vee (NBHV) (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Kneppelhout u M. van der Kaden, sussegwentement minn J. Kneppelhout, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn A. Whelan u S. Noë, sussegwentement minn A. Bouquet u S. Noë, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sovion NV (Best, l-Olanda) (rappreżentanti: J. de Pree u W. Geursen, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2004 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-ħidma tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/M.3605).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nederlandse Vakbond Varkenshouders (NVV), Marius Schep u Nederlandse Bond van Handelaren in Vee (NBHV) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Sovion NV.
(1) ĠU C 171, 9.7.2005
Full & Egal Universal Law Academy