21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Hoechst vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-161/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċtu monokloroaċetiku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq u ffissar tal-prezzijiet - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Proporzjonalità - Kooperazzjoni - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidività - Aċċess għall-fajl - Rapport tal-uffiċjal tas-seduta - Ordni ta’ twaqqif tal-aġir”)
2009/C 282/64
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hoechst GmbH, preċedentement Hoechst AG (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Klusmann u U. Itzen, sussegwentement M. Klusmann, U. Itzen u S. Thomas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: inizjalment A. Bouquet, F. Amato u M. Schneider, sussegwentement A. Bouquet u M. Kellerbauer, aġenti)
Suġġett
B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — MCAA), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti
Dispożittiv
(1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Hoechst AG fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4876 finali, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — MCAA), huwa ffissat għal EUR 66,627 miljun.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 155, 25.06.2005.
Full & Egal Universal Law Academy