21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Arkema vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-aċidu monokloroaċetiku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq u ffissar ta’ prezzijiet - Attribuzzjoni ta’ aġir illegali - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multi - Proporzjonalità - Gravità u tul tal-ksur - Effett dissważiv - Impatt konkret fuq is-suq - Ċirkustanzi mitiganti - Rwol ta’ segwaċi - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidività”)
2009/C 282/65
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Arkema SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Debroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u F. Amato, sussegwentement A. Bouquet u X. Lewis, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikolu 1(d), tal-Artikolu 2(c) u tal-Artikolu 4(9) tad-Deċiżjoni C(2004) 4876 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.773 — AMCA) u, sussidjarjament, talba għal modifika tal-Artikolu 2(c) u (d) tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Arkema SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 171, 9.7.2005.
Full & Egal Universal Law Academy